Barranin
Joe Biden se jitlob lill-Amerikani jilbsu l-maskra għall-ewwel 100 jum fil-kariga tiegħu

Il-President elett tal-Istati Uniti Joe Biden qal li se jitlob lill-Amerikani jilbsu l-maskra għall-ewwel mitt jum fil-kariga tiegħu bil-għan li titnaqqas l-imxija tal-coronavirus.

Huwa qal lis-CNN li jemmen li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-każi tal-Covid-19 jekk kull Amerikan jilbes il-maskra. Biden qal ukoll li se jordna li l-maskra tintlibes fil-bini kollu tal-gvern Amerikan. L-Istati Uniti rreġistraw aktar minn 14-il miljin każ ta’ Covid u 276,000 mewt kawża tal-virus.