Barranin
Joe Biden u Boris Johnson jiltaqgħu qabel is-summit tal-G7

Fir-Renju Unit għaddejjin it-tħejjijiet għal-laqgħa tal-mexxejja tas-seba’ l-iżjed pajjiżi ekonomikament għonja fid-dinja. Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, iltaqa’ mal-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, biż-żewġ naħat għandhom kwistjonijiet jaħarqu x’jiddiskutu qabel jiltaqgħu mal-bqija tal-pajjiżi għas-summit li jibda l-Ġimgħa, biex jiddiskutu fost oħrajn l-irkupru mill-effetti tal-pandemija u l-programm internazzjonali tal-għoti tat-tilqim.

Biden mistenni jelenka l-importanza tal-ħarsien għaż-żamma tal-proċess ta’ paċi fl-Irlanda ta’ Fuq u biex dan ma jisfrattax minħabba Brexit. Iż-żewġ mexxejja mistennija jiddiskutu wkoll l-ivvjaġġar transatlantiku bejn iż-żewġ kontinenti u ċ-charter Atlantiku li huwa immirat li jinjetta enerġija ġdida fir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

Din hija l-ewwel darba li Biden qed jivvjaġġa barra l-istati Uniti minn mindu nħatar president f’Jannar li għadda.