Barranin
Joe Biden u Kamala Harris jgħidu li Trump ħalla l-pajjiż jitkisser biċċa biċċa

Fl-Istati Uniti, il-kandidat presidenzjali Demokratiku Joe Biden u l-viċi tiegħu Kamala Harris attakkaw lill-President Amerikan Donald Trump billi qalu li huwa mexxej inkompetenti u li ħalla l-pajjiż jitkisser biċċa biċċa.

Din kienet l-ewwel darba li ż-żewġ kandidati Demokratiċi tkellmu fl-ewwel kampanja tagħhom flimkien, jum wara li Joe Biden żvela li dik li se tkun qed tikkontesta għal viċi president miegħu hija Kamala Harris.

Min-naħa tiegħu, Donald Trump attakka lil Kamala Harris li għandha rekord ta’ falliment bħala kandidat u li kienet iffrustrata għaliex ma rnexxilhiex tasal fejn kellha tasal.

Joe Biden flimkien ma’ Harris se jkun ir-rivali ta’ Trump fl-elezzjoni presidenzjali ta’ Novembru li ġej.

Waqt l-ewwel attività taghhom Biden u Harris, libsu l-maskra, u l-attività ma kinitx miftuħa għall-pubbliku minħabba l-pandemija.