Stejjer Umani
Joe u Carmen lanqas fadlilhom sold taħt rashom wara li darhom inqerdet bin-nar – qraba

Iż-żewġ anzjani li ndarbu fin-nirien li ħakmu lid-dar tagħhom f’Ħal Luqa nhar is-Sibt ġew rilaxxati mill-Isptar Mater Dei lbieraħ.

Joe u Carmen Theuma ta’ 71 sena minn Ħal Luqa sofrew minn ġrieħi kawża tan-nirien, bir-raġel għadu qed jingħata l-kura minħabba l-ħruq li sofra f’wiċċu.

Minbarra t-trawma li għaddejjin minnha wara n-nirien li ħakmu lir-residenza tagħhom 3 ijiem ilu, TVM huwa infurmat li l-koppja anzjana spiċċat ta’ fuqha senduqha.  Dan għax kulma kellhom kien fid-dar matrimonjali tagħhom u għalhekk m’għandhomx għaxja ta’ lejla.

TVM huwa infurmat li d-dar tal-koppja hija kkundannata, minħabba n-nirien qawwija li ħakmuha, tant li bħalissa huma qed jinżammu għall-konvalexxenza għand il-qraba tagħhom.

In-neputija tal-koppja, Melanie Penza tkellmet ma’ TVM u qalet li Joe u Carmen lanqas għad fadlilhom sold taħt rashom u għalhekk il-familja Theuma qed tirrikorri għall-ġenerożità tal-pubbliku.

Huma fetħu kont bankarju mal-Bank of Valletta (MT 45 VALL 2201 3000 0000 4002 3123 225) biex min jixtieq jgħin lill-koppja Theuma jagħti donazzjoni.  Il-qraba qed jappellaw biex timxi l-kelma biex Joe u Carmen jippruvaw jerġgħu jibdew mill-bidu jgħixu ħajja normali.

3 ijiem ilu, ir-residenza tal-koppja Theuma ħadet in-nar f’operazzjoni li damet għaddejja madwar 18-il siegħa mill-pumpiera tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Ara wkoll:

ARA: Raġel isofri ġrieħi gravi wara li bini nħakem bin-nar f’Ħal Luqa

In-nar f’Ħal Luqa beda waqt xogħol fuq presepju

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-isptar Mater Dei jemmen li sa għaxar snin oħra, kwart tal-popolazzjoni tista’ tbati minn qalb għajjiena. Il-kardjologu Robert Xuereb qal li f’Malta hawn ‘il fuq minn 8,000 ruħ…

Lokali

Mifruxin madwar Malta, ċagħaq b’messaġġ pożittiv fuq inizjattiva tal-Fondazzjoni Richmond flimkien ma’ bank ewlieni f’Malta, biex min isib iċ-ċagħaq jiftakar li fil-ħajja jrid jagħmel kuraġġ. Il-Fondazzjoni Richmond fil-preżent qed tgħin…

Qorti

Clive Micallef ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar inżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li ġie akkużat b’serq minn karozzi fl-aħħar xahrejn. L-ispettur Godwin Scerri xehed li l-akkużat…

Aktar