Barranin
Joffru $2.5 miljun biex jixtru l-ewwel tweet tal-ko-fundatur ta’ Twitter

Il-ko-fundatur ta’ Twitter, Jack Dorsey, qed joffri b’irkant l-ewwel tweet tiegħu, u l-offerti għaliha diġà laħqu $2.5 miljun.

It-tweet, li kienet ippubblikata ħmistax-il sena ilu, tgħid biss “just setting up my twttr” u wara li tinxtara, xorta waħda se tibqa’ pubblika bħal ma hi bħalissa.

It-tweet se tinbiegħ bħala non-fungible token (NFT), u min jirbaħ l-irkant se jingħata ċertifikat diġitali ffirmat minn Jack Dorsey, flimkien mal-metadata tat-tweet oriġinali, li wkoll hija pubblika.

It-tweet tpoġġiet għall-bejgħ fuq ‘Valuables by Cent’; is-sezzjoni tal-bejgħ fuq twitter li twaqqfet tliet xhur ilu.

Il-fundaturi tal-pjattaforma jiddeskrivu x-xiri ta’ tweet daqslikieku wieħed jixtri oġġett iffirmat ta’ personalità.