COVID-19
Joħloq magna biex tiddisinfetta l-maskri biex jerġgħu jintużaw

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna biex tiddisinfetta l-maskri biex jerġgħu jintużaw.

Tul l-istorja tal-umanità żminijiet prekarji kemm-il darba waslu biex imprendituri, riċerkaturi u kumpaniji jiżviluppaw prodotti ġodda meħtieġa f’dik iċ-ċirkustanza. Din il-ġimgħa fl-Università ta’ Malta, l-Inġinier Dr Marc Anthony Azzopardi għamel magna li kapaċi tiddisinfetta l-maskri li qed jintużaw minn professjonisti fl-isptarijiet li jinsabu fuq quddiem biex jipproteġu l-ħajja u s-saħħa tan-nies. It-tmexxija ta’ Mater Dei dlonk interessat ruħha fil-proġett.

“Mater Dei wrew interess kbir fil-fatt għada għandna appuntament. Se nieħdu l-apparat u se naraw kif jistgħu jadottawh. Huma jgħidulna x’inhuma l-ħtiġijiet u nadattaw skont il-bżonn. Għandna kapaċità li noħolqu kwantità kbira minnhom dawn.”

Huwa spjega li dawn il-maskri li jintużaw fl-isptarijiet ma jistgħux jiġu ddisinfettati billi tgħaddashom f’xi alkoħol jew bleach għaliex ma jibqgħux tajbin.

“Dawn huma l-maskri li qed nitkellem fuqhom dawn huma N95’s, N100’s, FP2, FP3. Dawn il-maskri huma pjuttost sofistikati, it-teknoloġija tagħhom jissiġilaw tajjeb mal-wiċċ għandhom livell ta’ protezzjoni tajba.”

L-Inġinier Azzopardi spjega ma’ Television Malta b’din l-invezjoni jistgħu jiġu disinfettati sa disa’ maskli f’salt biex jerġgħu jintużaw minflokk jintremew u b’hekk jitnaqqas il-periklu li maskri użati jkunu sors ta’ infezzjoni.”

“Il-metodu li qed nikkunsidraw juża raġi tal-UV biex joqtol il-virus fi ftit minuti. Dan il-metodu huwa bbażżat fuq diversi snin ta’ riċerka li saret fid-dinja għal xi imxija bħal din. Id-dinja diġà kella xoffa, MARS li kien ġara li kien xi riċerkaturi bdew jobsru li jekk jinqala xi saram bħal dan dawn il-maskli mhux se jibqgħu jservu.”

L-inginier Dr Azzopardi qal li r-riċerka tiegħu bdiet f’Jannar għaliex mill-ewwel basar li bl-imxija l-maskri se jiskarsaw.

Aħbarijiet Oħra
Sbuħija

Il-parrukkiera u l-barbiera jistgħu jerġgħu jibdew iqaxxru jew jagħtu stil id-daqna tal-irġiel, sakemm l-appuntament ma jdumx aktar minn kwarta. F’aġġornament tal-obbligi u l-linji gwida għall-parrukkiera u l-barbiera, ippubblikati lbieraħ mill-Ministeru…

COVID-19

L-ammont ta’ infezzjonijiet ġodda tal-Covid-19 qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla fl-Indja, fil-Pakistan u fil-Bangladesh, li bejniethom jagħmlu aktar minn 20% tal-popolazzjoni fid-dinja. Iż-żieda fl-infezzjonijiet qed iseħħ wara li t-tliet pajjiżi llaxkaw…

Immigrazzjoni

L-ambaxxatur Ġermaniż għall-Unjoni Ewropea qal li l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni u l-persuni li qed ifittxu l-ażil, trid tinkludi r-relokazzjoni tar-refuġjati fil-pajjiżi kollha tal-UE biex is-sistema taħdem. Michael Clausse qal…

Aktar