Joħloq rota tal-baħar riċiklata

Iċ-ċiklisti sikwit jilmentaw li f’Malta jsibuha diffiċli biex jipprattikaw id-delizzju tagħhom minħabba fost l-oħrajn l-għadd kbir ta’ vetturi u n-nuqqas ta’ karreġġjati ddedikati għar-roti.

Madankollu, pensjonant ġietu f’moħħu li minflok fit-toroq, ir-rota li l-ġar tiegħu kien se jarmi, jibda jużaha fil-baħar.

Mario Pandolfino hu pensjonant b’ħafna ħin liberu. Madankollu, bħala eks uffiċċjal tal-infurzar mal-MEPA b’passjoni kbira għall-ambjent, iddeċieda li juża dan il-ħin biex joħloq rota tal-baħar…b’rota li l-ġar tiegħu kien se jarmi.

“Rajt li għandha roti tan-nylon u ppruvajt nagħmel rota tal-baħar. Għamilt sketches u bdejt minn hemm. Kulma tara hemmhekk biċċiet tal-ħadid, floats magħmulin minn tankijiet taż-żejt. Kulma xtrajt ftit boltijiet”, qal is-Sur Pandolfino.

Ir-rota tintrama f’temp ta’ ftit sekondi u biha jista’ jaqdef kemm ‘il quddiem kif ukoll b’lura b’veloċità ta’ bejn tlieta u erba’ knots.

“Għandek qisek bħal paddle wheel u din waqt li tkun qed taqdef, sprocket ta’ wara ma ħallejthix free wheeling u nista’ naqdef bir-reverse ukoll. Għandek steering normali u kemm inwaħħal biċċa rudder 10 sekondi kollox u qisek qed issuq rota fuq l-art. Ġietni €35 kollox u kulħadd jista’ jagħmilha bi ftit immaġinazzjoni”, kompla s-Sur Pandolfino.Din mhux l-ewwel invenzjoni ta’ Mario Pandolfino b’materjal riċiklabbli. 15-il sena ilu kien bena ajruplan żgħir microlight li kien itajjar f’partijiet tal-gżejjer Maltin.

Iżda minflok itir, bħalissa qed jieħu gost idur minn bajja għall-oħra u jiskopri partijiet tal-port il-kbir li qatt qabel ma kien irnexxielu jara.

 

 

Aħbarijiet Oħra

Għat-tieni darba fl-aħħar ġimgħa, f’temp ta’ 24 siegħa, ġew dikjarati aktar persuni li rkupraw mill-virus milli nfezzjonijiet ġodda. L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta’…

Il-General Workers Union għandha mal-400 kawża fuq il-kotba tagħha ta’ eks ħaddiema tat-Tarzna, li fetħu kawża għad-danni talli kienu esposti għall-asbestos waqt li kienu qed isewwu l-vapuri. Id-dokumentarju ‘Mewta Siekta’…

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

Aktar