Lokali
Joħloq xeni mill-Assedju l-Kbir b’sinfonija unika

Dak li offra llum l-International Music Festival, ser imur oltre mil-livell diġà ferm għoli li offrielna s’issa, permezz tal-avveniment World Premiere: Images From The Great Seige.

Il-Kompożitur Residenti ta’ dan il-Festival, Alexey Shor, illum ta’ nazzjonalità Maltija, għamilna kburin billi kkompona xogħol sinfoniku uniku, ibbażat fuq l-istorja tagħna tal-Assedju l-Kbir.

Mux biss, iżda għal dan il-kunċert tal-lum, li huwa fil-fatt il-Premier Mondjali ta’ dan ix-xogħol ta’ Shore, ser jingħaqdu żewġ orkestri, il-Malta Philarmonic Orchesta, u l-Armenian State Symphony Orchestra, taħt id-direzzjoni tal-Konduttur Residenti ta’ dan il-Festival, Sergey Smbatyan.

Ma’ dan tal-aħħar, li huwa ukoll Konduttur Residenti tal-Orkestra Armena, insiru nafu ftit aktar dwar l-għeruq tal-istess orkestra, u l-esperjenza tiegħu personali dwar dan il-Festival, u dan il-Premier Mondjali partikolari.

Alexey Shore min-naħa l-oħra jispjega fil-qosor xi tfisser tikkomponi xogħol għal orkestra daqshekk kbira bħal tal-lejla, u x’wasslu li jikteb dan ix-xogħol partikolari.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar