John Bundy il-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-PBS

Il-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services approva ristrutturar fis-senior management tal-kumpanija hekk kif se tkun qed tintemm il-ħidma tas-Sur Anton Attard bħala Kap Eżekuttiv tal-kumpanija.

F’laqgħa, il-bord tad-diretturi għadda vot ta’ radd il-ħajr lis-Sur Attard għas-sitt snin servizz li ta lix-xandir pubbliku li matulhom l-istazzjon nazzjonali għamel avvanzi f’kull qasam tal-operat tiegħu.

Fi stqarrija ntqal li skont direzzjoni mfassla miċ-chairman u l-bord tad-diretturi preżenti tal-PBS, is-Sur Attard ta kontribut importanti biex l-istazzjon pubbliku kompla minn sena għal oħra jżid fil-popolarità tieg
ħu tant li regolarment ikun klassifikat fl-ewwel post f’kull stħarriġ tal-udjenzi li jiġu kkummissjonati u jintlaħqu l-għanijiet ta’ bażi finanzjarja soda u sostenibbli għall-istazzjon.

F’dan il-kuntest ġiet riveduta l-istruttura maniġerjali tas-senior management u l-bord ħatar lis-Sur John Bundy fil-kariga ta’ Kap Eżekuttiv u lis-Sur Charles Dalli bħala Deputat Kap Eżekuttiv. Il-Kap Eżekuttiv u d-Deputat Kap Eżekuttiv se jirrappurtaw liċ-Chairman tal-Bord tad-diretturi u l-bord.

Il-Bord feraħ lis-Sur Bundy li se jġib miegħu snin ta’ esperjenza fix-xandir u lis-Sur-Dalli għall-missjoni li ġiet fdata lilhom biex is-servizzi kollha mwassla mix-xandir pubbliku jkomplu jitjiebu fil-kwalità u l-popolarità tagħhom.

Anton Attard
Charles Dalli
Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Persuna ttieħdet l-isptar għall-kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Qala, f’Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni l-persuna tilfet il-kontroll…

Tfal

Aktar minn 60 tifel u tifla li jattendu l-iscouts ta’ Tas-Sliema ngħataw opportunità oħra biex jiffurmaw il-karattru tagħhom filwaqt li jitgħallmu għadd ta’ ħiliet neċessarji għall-ħajja. It-tfal bħalissa qed iqattgħu…

MEUSAC

Fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea, 82% tal-Maltin intervistati qalu li jħossu li huma ċittadini tal-Unjoni. U 76% minnhom qalu li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea….

Aktar