Barranin
Johnson jerġa’ jdurlu – se joqgħod kwarantina

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson se joqgħod kwarantina wara li kien f’kuntatt mal-Ministru għas-Saħħa Sajid Javid li ġie pożittiv għall-Covid-19 fl-aħħar sigħat.

Johnson ħa din id-deċiżjoni wara li ġie kkritikat minnufih talli minflok kien se joqgħod kwarantina kien se jsegwi programm pilota offrut mis-sistema tas-saħħa Ingliża, l-NHS.

Apparti Johnson, se jiżola ruħu wkoll il-Kanċillier Rishi Sunak li wkoll iltaqa’ ma’ Javid.