Barranin
Johnson jgħid li il-pajjiżi tal-UE jħollu u jorbtu jekk ir-Renju Unit jitlaqx bi ftehim

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’ Ottubru mingħajr ftehim.

“It all depends on our EU friends and partners. I think actually in the last few days there’s been a sort of dawning realisation in Brussels and other European capitals, that you know what the shape of the problem is for the UK, and I think everybody gets it by now.”

F’intervista mal-BBC, Johnson qal li ma jridx li r-Renju Unit jibqa’ marbut mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea wara Brexit. Qal li jekk ma jkunx hemm ftehim, r-Renju Unit se jżomm parti sostanzjali mill-39 biljun sterlina li l-Prim Ministru Therese May qablet li tagħti lill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-ftehim kif innegozjat mal-Unjoni Ewropea.

Fi żvilupp separat waqt l-istess summit tal-pajjizi l-aktar żviluppati fid-dinja, il-President Amerikan Donald Trump, ippropona lir-Renju Unit ftehim kummerċjali bejn iż-żewġ naħat wara Brexit. Johnson insista li l-Istati Uniti iridu jiftħu s-swieq tagħhom għall-kummerċ.

“I’ve been telling Donald Trump about some of the barriers that British services industries experience, whether it’s transportation or shipping or lawyers or architects. They face all sorts of non-tariff barriers getting into the UK market, to say nothing of the restrictions that America still has on British lamb, British beef.”

Minbarra Brexit, is-summit kien iddominat minn diskussjonijiet dwar l-ekonomija dinjija, fl-isfond tat-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u t-theddida ta’ riċessjoni, fost uħud mill-ikbar ekonomiji fid-dinja, u l-kriżi ambjentali fil-Brażil hekk kif komplew jinħarqu l-foresti tal-Amazonja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Barranin

Il-bdoti tal-linja tal-ajru tal-Etihad, jidher li kellhom battikata biex iniżżlu l-ajruplan li kienu qed itajjru fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra. L-ajruplan tat-tip Airbus A380, li huwa l-ikbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja, kien…

Barranin

Ħallelin armati f’Hong Kong għamlu biċċa xogħol mhux tas-soltu, hekk kif serqu mijiet ta’ rollijiet ta’ toilet paper. Dan hekk kif minħabba l-pandemonju tal-Coronavirus, il-ħażna tat-toilet paper f’din il-belt tinsab…

Aktar