Barranin
Johnson jgħid li wasal iż-żmien li l-umanità tifhem il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li wasal iż-żmien li l-umanità timmatura u tifhem dak li qed jiġri fit-tibdil fil-klima. Huwa qal dan meta indirizza l-Assemblea tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.

Huwa qal li d-dinja tinsab fi żmien kruċjali filwaqt li sostna li kull pajjiż għandu jerfa’ r-responsabbiltà għall-ħsara li qed issir lill-pjaneta u anke lill-popolazzjoni dinjija.

Il-Prim Ministru Johnson qed juża kull okkażjoni biex jimbotta l-aġenda tat-tibdil fil-klima biex id-dinja tieħu l-miżuri meħtieġa qabel ikun tard wisq.