Saħħa
Johnson & Johnson se tieqaf tbigħ it-terra fl-Istati Uniti

Il-kumpanija tal-farmaċewtika Johnson & Johnson se tieqaf tbigħ it-terra Johnson’s Baby Powder fl-Istati Uniti u fil-Kanada.

Il-kumpanija qed tiffaċja aktar minn 16,000 kawża minn konsumaturi li allegaw li l-prodotti tat-terra tal-kumpanija kienu ikontaminati bl-asbestos u kkawżaw il-kanċer.

Il-kumpanija ħadet id-deċiżjoni li tieqaf tbigħ it-terra fl-Istati Uniti u fil-Kanada, wara snin ta’ litigazzjoni li matulhom kienet ordnata tħallas biljuni ta’ dollari f’kumpens.

Il-kumpanija dejjem argumentat li l-prodotti tat-terra tagħha huma siguri.

Il-kumpanija qalet li d-domanda għal Johnson’s Baby Powder ilha tonqos fl-Amerika ta’ Fuq minħabba bidliet fl-abitudni tal-konsumaturi li qalet seħħew kaġun ta’ informazzjoni żbaljata dwar is-sigurtà tal-prodott.

Qalet li tibqa’ fiduċjuża mis-sigurtà tal-Johnson’s Baby Powder għax studji xjentifiċi indipendenti li saru tul għexieren ta’ snin minn esperti mediċi madwar id-dinja, jappoġjaw is-sigurtà tal-prodott.

Il-kumpanija qalet li d-deċiżjoni li ma tibqax tbigħ it-terra Johnson’s Baby Powder fl-Istati Uniti u fil-Kanada kienet parti mill-proċess tal-assessjar minħabba l-pandemija tal-coronavirus, tal-prodotti tagħha.

Johnson & Johnson qalet li minn eżaminazzjoni li għamlet f’Ottubru ma sabitx asbestos fit-terra wara li l-US Food and Drug Administration kien għamlet xi testijiet u sabet xi traċċi.

Il-kumpanija qed tappella d-deċiżjoni li ngħatat fl-2018, biex tħallas $4.7 biljuni f’kumpens lil 22 mara li allegaw li l-prodotti tat-terra tagħha wasslu biex żvilluġġaw kanċer fl-ovarji.

Ara wkoll:

Kienu jafu li fih traċċi tal-asbestos

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-Gwardja Nazzjonali fl-Istati Uniti ntbagħtet f’Minneapolis wara jumejn ta’ ġlied qalil minħabba l-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena. Huwa nqatel minn pulizija li fgah b’għarkupptejh waqt li kien qed…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li minn nhar it-Tnejn, l-għadd ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra tela’ għal sitta, b’dawk li mhumiex mill-istess residenza iridu joqgħodu żewġ metri…

Barranin

Il-belt ta’ Minneapolis, fl-Istati Uniti, daħlet fit-tieni jum ta’ protesti u kaos, li anki wasslu għal fatalità. Il-protesti bdew wara li pulizija ġie ffilmjat iżomm irkupptejh fuq għonq raġel li…

Aktar