Barranin
Johnson mhux se joqgħod kwarantina – iltaqa’ mal-Ministru li ġie pożittiv għall-Covid

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson mhux se joqgħod kwarantina minkejja li kien f’kuntatt mal-Ministru għas-Saħħa Sajid Javid li ġie pożittiv għall-Covid-19 fl-aħħar sigħat.

Minflok, Johnson se jsegwi programm pilota offrut mis-sistema tas-saħħa Ingliża, l-NHS li permezz tiegħu se jkun jista’ jissokta b’ħidmietu f’Downing Street filwaqt li jsirlu t-test għall-Covid kuljum.

Il-Ministru Javid kellu laqgħa mal-Prim Ministru tar-Renju Unit nhar il-Ġimgħa, sigħat qabel ma ħassu ma jiflaħx. Il-Ministru għas-Saħħa, li ngħata ż-żewġ tilqimiet kontra l-Covid-19, qal li kellu sintomi ħfief u li se jkompli jaħdem mid-dar sakemm ikun f’iżolament.

Ara wkoll:

Johnson jerġa’ jdurlu – se joqgħod kwarantina