Barranin
Joħolqu fungus valenuż biex joqtlu n-nemus li jxerred il-malarja

Riċerka bil-għan li tiġi indirizzata l-firxa tal-malarja wasslet għall-ħolqien ta’ fungus valenuż li joqtol in-nemus li jxerred din il-marda. Il-malarja toqtol mal-400,000 persuna kull sena.

Il-fungus ġie modifikat ġenetikament minn riċerkaturi fl-università ta’ Maryland biex jipproduċi valenu li normalment jinstab fi speċi ta’ brimba indiġena għall-Awstralja.

L-esperimenti b’dan il-fungus ġdid saru f’Burkina Faso, fejn inħoloq ambjent kemm jista’ jkun naturali, b’ilqugħ biex in-nemus ma joħroġx. Wara 45 jum, il-popolazzjoni tan-nemus naqset b’99%.

Ir-riċerkaturi qalu li l-intenzjoni tagħhom mhix li dan in-nemus jiġi estint, iżda li jwaqqfu l-firxa tal-malarja. Qalu wkoll li l-fungus ma jaffetwax insetti oħra bħan-naħal.

Din ir-riċerka qed titqies bħala waħda importanti hekk kif in-nemus qed isir reżistenti għall-insettiċidi, bl-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa twissi li l-problema tal-Malarja qed tikber fl-iktar postijiet affetwati minnha fl-Afrika.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Barranin

Tkompli għaddejja l-kontroversja dwar il-vapur taż-żejt Iranjan li kien ilu miżmum minn Ġibiltà minn Lulju minħabba suspetti li kien qed iġorr iż-żejt lejn is-Sirja. Il-vapur issa telaq minn Ġibiltà minkejja…

Barranin

Kelliema għall-għaqda mhux governattiva Spanjola, Proactiva li topera l-vapur ‘Open Arms’ qalet li l-vapur ma jistax ibaħħar u jiżbarka fil-port ta’ Algeciras fin-naħa t’isfel ta’ Spanja, minħabba li ddeskriviet is-sitwazzjoni…

Aktar