Barranin
Joħolqu kapulavur bi xbihat l-eroj li salvaw lis-subien mill-għar fit-Tajlandja

Bosta artisti ngħaqdu flimkien fit-Tajlandja biex ħolqu kapulavur mill-isbaħ bix-xibhat tal-eroj li salvaw lit-12-il tifel u l-kowċ tagħhom mill-mewt, wara li nqabdu f’għar perikoluż fit-Tajlandja.

Il-pittura tpittret ma’ ħajt f’Chiang Rai, fit-Tajlandja ad unur l-operazzjoni delikata ta’ salvataġġ li temmet b’suċċess ftit tal-ġranet ilu.

Fost ix-xbihat tal-għaddasa, tobba u l-gvernatur ta’ Chiang Rai, jispikka bi prominenza Saman Gunan li tilef ħajtu biex isalva lil ħaddieħor.

Il-gvernatur ta’ Chiang Rai, is-sur Narongsak qal fi stqarrija li l-għar se jsir attrazzjoni għal kull min jixtieq iżuru biex jara u jifhem aħjar kif seħħet l-operazzjoni ta’ salvataġġ.

Barra l-pittura, saret ukoll statwa tat-tafal fix-xbieha tal-għaddas Saman Gunan b’13-il qażquż taħtu, li jirrappreżentaw is-subien li ta ħajtu għalihom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar