Lokali
Joħorġu l-applikazzjonijiet tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020

Il-Public Broadcasting Services Ltd. tħabbar li ħarġu l-applikazzjonijiet tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.

L-applikazzjoni flimkien mar-regolamenti jistgħu jinkisbu mis-sit www.tvm.com.mt/eurovision.  Kull applikazzjoni għandha tiġi ssottomessa online sa mhux aktar tard mit-23 ta’ Awwissu 2020.

Matul il-proċess tal-għażla, ġurija professjonali se tkun qed tevalwa is-sottomissjonijiet kollha, fejn minnhom jintgħażlu tnax-il finalist/a, li ser jikkompetu bejniethom għall-aħħar fażi tas-selezzjoni.

Il-finalisti, ser jkantaw LIVE quddiem ġurija waqt sessjoni li ser tiġi rrekordjata u murija aktar tard fuq it-television u anke fuq is-Social Media f’Settembru.  F’dan il-perjodu, il-pubbliku jkun jista’ jivvota għall-kantant jew kantanta favorit/a tiegħu.

Il-vot tal-pubbliku (50%)  flimkien mal-vot tal-ġurija (50%) ser jiddetermina r-rebbieħ jew rebbieħa ta’ din is-sena li ser jitħabbar fl-aħħar ta’ Settembru

Il-Junior Eurovision Song Contest, din is-sena ser isir fil-Polonja fl-29 ta’ Novembru li gej.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Fl-aħħar snin Malta żviluppat industrija fil-baħar: it-trobbija tat-tonn f’gaġeġ kbar ftit ‘l barra mill-kosta. Industrija li b’mod dirett qed timpjega madwar 300 ħaddiem u aktar minn 1,100 b’mod indirett. Jordan Cutajar…

Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Aktar