Lokali
Joħorġu ‘l barra malli tibda titkellem il-President Coleiro Preca

F’Palermo, Sqallija, id-deputati reġjonali tal-Movimento Cinque Stelle (M5s) telqu ‘l barra mill-Parlament Reġjonali malli bdiet titkellem il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Il-President Coleiro Preca ġiet mistiedna mill-President tal-Ars Gianfranco Micciche.

Id-deputati tal-moviment Cinque Stelle qalu li huma ħarġu ‘l barra mill-Parlament bħala protesta kontra l-atteġġjament ta’ Malta fil-konfront tal-immigranti.

Huma komplew isostnu li l-atteġġjament ta’ Malta fil-konfront tal-bastiment Aquarius kien inaċċettabbli u d-deputati tal-M5s ma setgħux ma jirrimarkawx dwaru quddiem il-President ta’ Malta fil-Parlament Sqalli.

B’kollox kienu 20 deputati, kollha tal-M5s, li ħarġu ‘l barra.

F’Palermo, il-President tinsab akkumpanjata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Huma żaru fost l-oħrajn iċ-ċentru tat-trapjanti ISMETT, bil-President trodd ħajr lill-istaff għall-kura medika li jagħtu lill-Maltin li jmorru għal kura medika speċjalizzata.

Il-President attendiet għall-iffirmar ta’ ftehim fil-prinċipju għall-għoti ta’ servizzi fl-oqsma tat-trapjanti u t-terapija avvanzata.

 

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar