Barranin
ARA: Joħroġ għall-elezzjoni u jikxef il-borom tal-politika Taljana bil-cameras moħbija

Ismaele La Vardera, ex ġurnalist ta’ 22 sena minn Palermo, kien issorprenda bosta meta ddeċieda joħroġ bħala kandidat għal sindku fl-aħħar elezzjoni tal-Italja, taħt il-kappa tal-partit tal-Lega.

La Vardera, tul il-vjaġġ elettorali tiegħu, spiċċa bla ma ried jitkaxkar f’sitwazzjonijiet mhux mixtieqa u għalhekk iddeċieda jibda jiġbed b’camera moħbija dak li kien qiegħed jiġri madwaru minn wara l-kwinti.

Iż-żagħżugħ qal li baqa’ skantat bl-intriċċi u t-tradimenti li ltaqa’ magħhom tul dan il-vjaġġ u għalhekk iddeċieda jiddokumenta kollox ġo film.

Meta La Vardera ddeċieda joħroġ fil-pubbliku dwar il-ġabra ta’ recordings li kellu, qamet agħa sħiħa tant li kien hemm min akkużah li l-kandidatura tiegħu kienet fażulla. Minkejja dan, il-Qorti sabet li l-kampanja elettorali tiegħu kienet awtentika mill-bidu sal-aħħar.

Il-film se joħroġ fiċ-ċinema fl-aħħar ta’ Novembru li ġej.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar