Kronaka
Joħroġ mill-ITU t-tifel li ndarab f’inċident 3 ijiem ilu quddiem il-Moskea

It-tifel ta’ 7 snin li ndarab f’ħabta li seħħet fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU) tal-Isptar Mater Dei.

Huwa kien fost 5 perusni li ndarbu meta karozza ħabtet f’żewġ vetturi, waħda minnhom tal-Pulizija, f’road block li kien hemm quddiem il-Moskea f’Raħal Ġdid.

Qraba tat-tifel kitbu fuq is-siti soċjali li t-tifel għadu l-isptar qed jingħata l-kura.  Huwa sofra minn ġrieħi gravi hekk kif ġarrab ksur f’siequ u ġie operat malli ttieħed l-isptar b’ambulanza minn fuq il-post tal-inċident.

Ara wkoll:

ARA: Tispiċċa f’vettura tal-Pulizija wara ħabta f’Raħal Ġdid