Kurżitajiet
Jonfoq €20,000 għal btala ta’ 72 siegħa

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja.

Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu li mdorri jgħix fih Ronaldo, hekk kif għażel li joqgħod f’villa lussuża, uża l-ajruplan privat biex iċċaqlaq minn post għall-ieħor, u mar jiekol fl-iprem ristoranti.

Kalkoli li saru mill-media Spanjola juru li aktarx li Ronaldo nefaq mal-€20,000 għal btala ta’ 72 siegħa.  Il-Portugiż għad għandu bosta segwaċi Spanjoli wara li qatta’ bosta snin jilgħab f’Madrid.

Skont is-sit El Espanol, Ronaldo nefaq €7,000 il-lejl biex kera Villa Sherezade, li huwa palazz lussuż ta’ 3 sulari fuq medda ta’ 4,200 metri kwadri, li jagħti għal mal-baħar u għandu bajja u pont privati.

Mar jiekol fost l-oħrajn fir-ristorant 360, li għandu stilla Michelin, fejn il-menu jibda minn €120 r-ras.  Biex tar lejn il-Kroazja, huwa stmat li l-vjaġġ ġie jiswa lil Ronaldo mal-€1,900 is-siegħa.  Dan minbarra l-vann lussuż li kera Ronaldo biex seta jmur minn post għall-ieħor f’Dubrovnik.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar