Kurżitajiet
Jonfoq ġidu għat-tfal fil-bżonn

L-istilla tat-tim Franċiż, Kylian Mbappé, se jkun qed jagħti l-istipendju kollu tiegħu li kiseb mit-Tazza tad-Dinja 2018 lit-tfal fil-bżonn.

Mbappé, li għad għandu biss 19-il sena, saħħar lil kull min segwa l-futbol f’dawn l-aħħar jiem bil-prestazzjoni tiegħu.

Il-plejer b’għeruq Afrikani qala’ mal-£17,000 għal kull logħba li lagħab b’bonus ta’ £265,000 oħra talli rebbaħ lil Franza t-titlu taċ-Champions tad-Dinja.

Skont L’Eqipe, il-flejjes kollha li qala’ Mbappé se jmorru b’risq l-Assoċjazzjoni Premiers de Cordée li toffri opportunitajiet sportivi għat-tfal li qed jieħdu xi kura fl-isptarijiet kif ukoll lil dawk b’diżabbiltà.

Sebastien Ruffin, li jmexxi l-Assoċjazzjoni, qal li kull ċans li jsib Mbappé dejjem iżur lit-tfal u qal li huwa maħbub ħafna għaliex jaf kif għandu jmur magħhom.

It-talent u l-ġenerożità ta’ Mbappé saħansitra ġibdet l-attenzjoni tal-leġġenda tal-futbol Brażiljan Pelé. Mbappé, wara Pelé, huwa t-tieni l-iżgħar plejer li qatt ħa sehem u skurja fit-Tazza tad-Dinja.

 

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Restaurant fil-Ġermanja pprojbixxa li jidħlu tfal taħt l-14-il sena wara l-5pm biex l-adulti jieklu fil-paċi. Oma’s Küche, li tfisser il-kċina tan-nanna, ħa din id-deċiżjoni biex il-klijenti li jmorru jieklu, iqattgħu…

Barranin

Id-dilettanti tal-festa ta’ Santa Marija f’Fontanarosa, fl-Italja, spiċċaw bid-dmugħ f’għajnejhom wara li waqa’ u nqasam it-torri tradizzjonali ta’ din iċ-ċelebrazzjoni. Fil-filmat jidhru d-dilettanti tal-festa lejliet Santa Marija, qed jiġbdu t-torri…

Kurżitajiet

F’Madagaskar, il-vanilla saret tiswa aktar mid-deheb. Il-bdiewa li jkabbruha f’Madagaskar, spiċċaw jarmaw ruħhom sa snienhom biex jgħassu l-fulu tant prezzjuż tal-vanilla. Kilo vanilla jiswa bejn il-$400-$500 – somma kbira għal…

Kurżitajiet

Tifla ta’ 3 snin fir-Renju Unit qed tkun meqjusa intelliġenti iktar minn Einstein, hekk kif għandha IQ ta’ 171. Ix-xjentist Albert Einstein kellu IQ ta’ 160, filwaqt li l-IQ medju tan-nies…

Aktar