Lokali
Jonqos il-qgħad f’Jannar

Ix-xahar li għadda kien hemm 2,675 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Ċifri ta’ Jobsplus pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’sena l-qgħad żdied b’984 persuna. Meta mqabbel max-xahar ta’ qabel iżda, il-qgħad f’Jannar naqas b’90.

Iż-żieda fil-qgħad f’Jannar kienet mifruxa fost l-etajiet kollha. F’analiżi dwar kemm ilhom ifittxu impjieg dawk fir-reġistru tal-qgħad, meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena l-oħra żdiedu li ilhom sa sena jirreġistraw; filwaqt li kien hemm tnaqqis fost dawk li ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena.

F’Jannar, kien hemm 251 persuna b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol, 20 aktar minn sena ilu.