Edukazzjoni
Jonqsu b’25% l-istudenti li jfallu l-iskola

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar l-edukazzjoni juru li bħala medja, l-iskejjel tal-Gvern għandhom l-anqas numru ta’ studenti fil-klassijiet. Juru wkoll fost oħrajn li l-iskejjel tal-Istat jipprovdu l-edukazzjoni għal 58% tal-istudenti kollha tal-pajjiż waqt li l-popolazzjoni tal-istudenti fl-iskejjel tal-knisja laħqet 29%.

Fis-sena skolastika ta’ qabel is-sena li għaddiet, l-istudenti minn Ħ’Attard kienu l-inqas li fallew skola, b’medja ta’ sebat ijiem fis-sena. Min-naħa l-oħra, b’medja ta’ kważi 24 ġurnata fis-sena, l-istudenti li joqogħdu Bormla kienu l-iktar studenti li fallew.

Dan joħroġ mill-istatistika tal-edukazzjoni miġbura mil-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. L-NSO qal li fl-aħħar sena skolastika, l-istudenti fl-iskejjel tal-istat u tal-knisja li kienu jgħoddu, mal-55,000, fallew aktar minn nofs miljun ġurnata tal-iskola. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li dan juri tnaqqis ta’ 25% meta mqabbel mas-sena skolastika ta’ ħames snin qabel.

L-inqas rata ta’ assenteiżmu awtorizzat kienet fl-iskejjel privati, waqt li l-inqas rata ta’ assenteiżmu mhux awtorizzat kienet fl-iskejjel tal-knisja.

Ir-rapport tal-NSO qal li tul dawn il-ħames snin, il-popolazzjoni fl-iskejjel primarji u sekondarju laħqet medja ta’ 55,000 student kull sena. Kważi 58% attendew l-iskejjel tal-istat waqt li 29% attendew fl-iskejjel tal-knisja u l-kumplament tat-13% fl-iskejja privati.

L-iskejjel f’Birkirkara, Pembroke u l-Ħamrun kellhom l-ikbar ammont ta’ studenti, bi ftit iktar minn 9,450. Fl-istess ħames snin bejn l-2012 u l-2017, l-iskejjel tal-Knisja rreġistraw l-għola medja fid-daqs tal-klassi, kemm fil-livell primarju kif ukol f’dak sekondarju. Min-naħa l-oħra l-iskejjel tal-istat bħala medja kellhom l-inqas għadd ta’ studenti f’kull klassi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-koppja anzjana Joseph Mercieca u Marthese Bonello qallu li issa li waslu Malta, qed iħossuhom siguri. Huma nġiebu Malta b’lanċa wara li niżlu minn fuq il-cruiseliner Colombus, li kien fi…

COVID-19

Sport Malta ħarġet sensiela ta’ filmati, Be Active at Home, biex tippromovi l-eżerċizzju fiżiku fid-djar. F’konferenza tal-aħbarijiet virtwali, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima qal li f’dawn…

COVID-19

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li r-residenti kollha fiċ-ċentri miftuħa għandhom jiġu ttestjati għall-Coronavirus. F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Delia qal li għandu jsir iżolament tal-persuni li nstabu bil-Covid-19…

Politika

Xahar wara l-mewt ta’ Miriam Pace li sfat mirduma ħajja fid-dar tagħha fil-Ħamrun, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet mozzjoni li titlob lill-Prim Ministru jaħtar bord ta’ inkjesta pubblika indipendenti biex fi żmien…

Aktar