Lokali
Jonqsu bi kważi 30% l-inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol

Is-sena li għaddiet, l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol naqsu bi kważi tletin fil-mija meta mqabbel mal-2019, iżda l-fatalitajiet kważi rduppjaw tant li minn tlieta fl-2019, żdiedu għal sebgħa fis-sena tal-pandemja.

Skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika miġbura mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà, fl-2020 aktar minn 2,300 persuna korrew f’inċidenti fuq il-lant tax-xogħol.

Kważi erbgħa minn kull għaxar persuni li weġġgħu kienu qed jaħdmu fil-kostruzzjoni u fil-manifattura.