Lokali
Jonqsu bin-nofs il-persuni dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali

Fl-aħħar ħames snin il-persuni dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali naqsu bin-nofs wara li ma baqgħux fil-qgħad u daħlu fid-dinja tax-xogħol. Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Mark Musù, qal li t-tnaqqis ta’ persuni dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali hija seħħ bis-saħħ ta’ miżuri li inċentivaw ix-xogħol bħat-tapering u l-in-work benefit.

Ċifri tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali juru li fl-aħħar ħames snin il-persuni fuq benefiċċji ta’ assistenza soċjali u benefiċċji tal-qgħad naqsu bi kważi bin-nofs.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Mark Musù, qal li l-inizjattivi li ttieħdu bħat-tapering of benefits u l-in-work benefits wasslu biex dawn il-persuni nqalgħu minn fuq dawn il-benefiċċji u daħlu fid-dinja tax-xogħol. Is-sur Musù qal li b’hekk f’ħames snin l-ispiża tal-benefiċji soċjali naqset bi €38 miljun.

Mark Musù qal “dawn it-€38 miljun il-Gvern ma żammhomx għandu iżda użahom pereżempju biex iffinanzja ż-żidiet fil-pensjonijiet li ngħataw fl-aħħar erba’ snin, użahom biex jagħmel ir-riforma fl-allowence tal-carers li saret f’dawn l-aħħar sentejn, użahom fir-riforma li saret fl-allowence għall-persuni b’diżabilità li wkoll saret fl-aħħar sentejn.”

Ċifri miksuba minn Televsion Malta juru li ftit iżjed minn 15,000 persuna (15,114) li fl-2013 kienu dipendenti fuq l-għajnuna soċjali, sas-sena l-ohra kien baqa biss 7,606.

Is-Sur Musù wera sodisfazzjon bir-rizultati miksuba bis-sistema tat-tapering li bdiet fl-2014 għal persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol u bdew jaħdmu.

Mark Musù qal “il-persuni li daħlu fis-sistema tat-tapering u allura llum diġà għalquhom it-tliet snin li fuqhom jistgħu jieħdu t-tapering tal-benefiċċji – aktar minn 90% minnhom qed jibqgħu fid-dinja tax-xogħol. Jekk ikollok xi ħadd li jerġa’ jaqa’ fuq il-benefiċċji, naturalment jista’ jerġa’ lura għad-dinja tax-xogħol iżda ma jkunx intitolat għat-tapering għat-tieni darba.”

Is-Sur Musù qal li r-riforma ohra fil-qasam soċjali li bdiet fl-2015 hija l-inwork benefit ghal familji bit-tfal dipendenti li m’għandhomx dħul biżżejjed. Is-Saegretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali qal li hemm aktar minn 4,300 familja li gawdew minn dal-benefiċċju li bejn l-2015 u l-2018 sewa lill-Gvern kważi €10 miljun.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern li għażlu suġġetti vokazzjonali, minn Settembru li ġej se jibda jkollhom il-lezzjonijiet minn klassijiet li ngħataw bixra differenti għax ġew mgħammra b’apparat li jixbah dak li…

Agrikultura

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh. Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani…

Kultura

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-Perit…

Annimali

Numru ta’ kuċċiera qalu li qegħdin jikkunsidraw li jiftħu kawża fil-Qorti biex ireġġgħu lura l-avviż legali li bih ma jistgħux jaħdmu bil-karrozzin bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Lulju u…

Aktar