Jonqsu l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Bejn April u Ġunju li għadda, ġew irrappurtati 820 każ ta’ korrimenti fuq il-lantijiet tax-xogħol.

Ċifri tal-uffiċju nazzjonali tal-istatistika (NSO) juru li l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol naqsu b’39 meta imqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena l-oħra.

Il-parti l-kbira tal-ħaddiema li korrew fuq il-post tax-xogħol kienu ħaddiem irġiel 676, filwaqt li 144 kienu nisa.

Kważi 23 fil-mija tal-inċidenti rappurtati kienu fis-settur tal-manifattura u warajhom bi 17 fil-mija fis-settur tal-kostruzzjoni.

Bejn April u Gunju ma kienx hemm każi ta’ ħaddiema li mietu fuq il-postijiet tax-xogħol.

Fl-istess tliet xhur tas-sena l-oħra, kien hemm żewġ każi ta’ ħaddiema li mietu waqt li kienu għax-xogħol.