Barranin
STATI UNITI: Jonsbuha b’offerta fuq Facebook – tispiċċa maqtula u bit-tarbija maqtugħa mill-ġuf

Fl-Istati Uniti, mara tqila spiċċat maqtula u bit-tarbija maqtugħa mill-ġuf f’każ li xxokkja lill-istat ta’ Chicago.

Il-Pulizija qalu li t-tfajla ta’ 19-il sena rat offerta fuq Facebook biex tiġbor xi ħwejjeġ b’xejn u marret biex tibbenefika minnha.  Iżda mindu ntlemħet titlaq mill-iskola tliet ġimgħat ilu qatt ma dehret iktar.

Meta nstab il-katavru ta’ Marlen Ochoa-Lopez, il-Pulizija ta’ Chicago qalu li qed jaħsbu li t-tfajla nqatlet u jemmnu li t-tarbija tneħħiet mill-ġuf tal-mara bil-forza wara li nqatlet l-omm.

It-tarbija tinsab f’qagħda kritika tant li mhux mistennija tgħix.  Tliet persuni qed jinżammu arrestati.  Mara ta’ 46 sena u bintha ta’ 24 sena qed jiġu akkużati bil-qtil filwaqt li l-għarus tal-omm li għandu 40 sena qed jiffaċċja akkużi li ħeba l-qtil.

Il-qraba tal-vittma qed jgħidu li t-tfajla kien mingħaliha li se tmur f’dar ta’ mara li kienet qed toffri ħwejjeġ u pushchair għat-tarbija, mentri l-każ spiċċa fi traġedja.

Wara jiem ta’ tiftix għal Marlen Ochoa-Lopez, il-katavru tagħha nstab filwaqt li t-tarbija tinsab l-isptar għall-kura.  Il-vittma kienet omm ta’ tifel ta’ sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Barranin

F’Illinois, insatbu eluf ta’ fdalijiet ta’ feti fir-residenza privata ta’ Dr Ulrich Klopfer. Is-sejba saret mill-qraba huma u jiżbarazzaw l-affarijiet ta’ Dr Klopfer li miet fit-3 ta’ Settembru. It-tabib kien…

Barranin

Fil-Messiku, l-esperti tal-forensika rnexxielhom jidentifikaw 44 persuna midfuna f’bir fl-istat ta’ Jalisco. Il-fdalijiet tal-persuni nstabu mqassmin f’119-il borża sewda, bil-maġġoranza tal-iġsma ġew imqatta’ biċċiet. Biex ġew identifikati l-vittmi, l-esperti forensiċi…

Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump fi stqarrija qal li iben Bin Laden, li kien il-mexxej tal-al-Qa’ida, inqatel f’operazzjoni kontra t-terroriżmu fl-Afghanistan/Pakistan. It-telfa ta’ Hamza bin Laden se xxekkel lill-grupp al-Qa’ida milli…

Aktar