COVID-19
Joqorbu lejn it-18-il miljun il-każijiet tal-COVID-19 fid-dinja

L-Istati Uniti rrapportaw kważi 60,000 każ ġdid ta’ coronavirus il-bieraħ biex issa skont Johns Hopkins University hemm 4,620,444 każ tal-virus f’dan il-pajjiż. Minnhom irkupraw 1,461,885 u mietu 154,447.

L-agħar sitwazzjoni tinsab fl-istat ta’ California. Il-gvern tal-Istati Uniti qed jiffaċċja pressjoni kbira biex jikkonkludu ftehim ġdid li jsalva l-ekonomija mill-effetti tal-covid iżda hu rappurtat li għad hemm differenzi kbar bejn il-pożizzjoni tar-Repubblikani u d-Demokratiċi.

S’issa madwar id-dinja ġew irreġistrati 17,851,975 każ ta’ Covid-19. Skont is-sit Johns Hopkins, minnhom s’issa rkupraw 10,558,380 u mietu 685,071.

Wara l-Istati Uniti li għandhom l-ogħla ammont ta’ każi ta’ coronavirus hemm il-Brażil b’total ta’ 2,707,877. Minnhom s’issa rkupraw 2,037,982 u mietu 93,563.

Fit-tielet post hemm l-Indja fejn il-każi ta’ coronavirus laħqu 1,750,723. Minnhom s’issa rkupraw 1,145,629 u mietu 37,364.

Ir-Russja hija r-raba’ pajjiż fid-dinja li l-aktar għandu każijiet ta’ Covid-19 b’total ta’ 843,890 li minnhom irkupraw 645,316 u mietu 14,034.

L-Afrika t’Isfel spiċċat il-ħames l-aktar pajjiż b’każijiet ta’ coronavirus hekk kif inqabżu n-nofs miljun ruħ li ġew infettati għal total ta’ 503,290 li minnhom irkupraw 342,461 u mietu 8,153.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tliet persuni fosthom ix-xufier mietu u numru ta’ persuni ndarbu serjament wara li ferrovija ħarġet barra mil-linji f’Aberdeenshire fl-Iskozja. S’issa l-għadd ta’ fatalitajiet għadhom mhumiex konfermati. Hu rrappurtat li l-ferrovija…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Safar

Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju. Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li…

Aktar