Enerġija
Joqrob lejn tmiemu l-bini tat-turbini tal-Enemalta fil-Montenegro

Qed joqrob lejn tmiemu l-proġett tat-turbini fil-Montenegro, li huwa l-ewwel proġett ta’ energija nadifa li sar bi sħab mill-Enemalta flimkien max-Shangai Electric Power u l-kumpanija Cinizia Envision. Waqt żjara fil-Montenegro, il-Ministru tal-Enerġija Joe Mizzi kellu taħditiet mal-Ministru tal-Enerġija tal-Montenegro waqt li segwa x-xogħlijiet li għaddejjin, biex sal-aħħar tas-sena t-turbini tar-riħ ikunu mqabbda mal-grid tal-enerġija tal-Montenegro.

Mifruxa fuq medda ta’ tmien kilometri fuq il-muntanji tal-Montenegro, 23 turbina tar-riħ li nbnew mill-kumpanija Ċiniża, Envision Energy, b’kuntratt mal-Enemalta u x-Shangai Electric Power qegħdin jiġu kkummissjonati biex kmieni s-sena d-dieħla jibdew jipprovdu l-enerġija fil-grid nazzjonali tal-Montenegro. Il-proġett, li beda sena ilu, issa kważi tlesta u fi ftit ġimgħat oħra, it-turbini tar-riħ se jkunu qed jipproduċu 46 megawatt ta’ energija nadifa.

Waqt żjara fuq il-post, il-Ministru Joe Mizzi, iddeskriva dal-proġett bħala turija tal-impenn tal-Gvern Malti fil-qasam tal-enerġija/ Żied jgħid li dan il-proġett serva ta’ opportunità lill-Enemalta biex tinvesti f’enerġija nadifa u biex fl-istess ħin, tkompli tirrendi aktar fondi permezz ta’ dan l-investiment.

“Huwa ċar illi t-timeframe li tajna nżamm u tista’ tgħid li qiegħed on-target. Issa li jonqos hu li jibda l-proċess tekniku biex jiġi kkummissjonat biex imbagħad niftħuh b’mod uffiċjali,” spjega l-Ministru Mizzi.

Hu qal li jinsab sodisfatt dwar il-mod ta’ kif tmexxa dan il-proġett u fil-fatt, fil-ġranet li ġejjin se tiġi deċiża d-data tal-ftuħ uffiċjali.

Matul iż-żjara fil-Montenegro, il-Ministru Mizzi kellu laqgħa mal-Ministru għall-Ekonomija Dragica Sekulic li stqarret li l-poplu ta’ Montenegro huwa ħerqan biex jara dan il-proġett jiffunzjona għax se jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar