Barranin
Joqtlu lit-tifel vulnerabbli bil-ġuħ

F’Leeds, l-Ingilterra, il-familja tal-ġuvni Jordan Burling instabu ħatja li qatluh bil-ġuħ.

Burling, ġuvni vulnerabbli ta’ 18-il sena, instab fi stat ta’ abbandun fl-2016. Huwa miet b’attakk tal-qalb u kien jiżen inqas minn 37kg.

Omm Burling, Dawn Cranston flimkien ma ommha Denise, instabu ħatja bil-qtil ta’ Jordan.

L-investigazzjonijiet sabu li Burling kien ilu jsofri minn malnutrizzjoni għal sitt xhur qabel miet. Huwa kien żviluppa wkoll xi ġrieħi li ħallewlu l-għadam espost kawża li qatt ma ċaqalquh minn fuq is-sodda fejn kien tqiegħed.

Il-familja tiegħu qalu li t-tifel kien jitla’ u jinżel fil-piż iżda minn April tal-2016 beda jirqaq b’rata mgħaġġla sakemm spiċċa ma jiflaħx jiċċaqlaq.

Il-familja tiegħu qatt ma rrikorriet għand tabib.

Skont il-kuntistabbli Ben McNamara, li sab lit-tifel bla ħajja, qal li baqa’ sorpriż bin-nuqqas ta’ empatija tal-familjari tiegħu l-aktar meta ommu bdiet tistaqsi kemm jiġi jiswiha l-funeral.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Imut fl-età ta’ 12-il sena, il-kangarù Roger, li sar famuż minħabba l-fiżika kemmxejn stramba li kellu.  Is-sid tas-santwarju tal-kangarus fl-Awstralja, Chris Barnes ħabbar il-mewt ta’ Roger fuq Facebook. Roger li…

Kurżitajiet

L-isbaħ tfajla fid-dinja hija Vanessa Ponce.  Hija Messikana u għandha 26 sena.  Din hija l-ewwel darba li tfajla mill-Messiku rebħet dan it-titlu prestiġġjuż. Iggradwata fil-kummerċ internazzjonali u tagħmel xogħol ta’…

Barranin

L-aħħar kliem li qal il-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi qabel inqatel kienu “Ma nistax nieħu nifs”.  Dan joħroġ mit-traskrizzjoni tal-awdjo li ġie rrekordjat fl-aħħar mumenti qabel il-qtil ta’ Khashoggi u li ġie…

Lifestyle

Kull sena l-ġenituri bħal qishom qed jabbandunaw l-ismijiet tradizzjonali u jagħżlu dawk aktar uniċi u differenti. Siti tat-tqala qed ibassru li s-sena d-dieħla mhux se tikser dan. Jidher li Sophia…

Aktar