Barranin
Joqtol kaxxier ta’ 20 sena f’pompa tal-petrol wara li talbu jilbes il-maskra fil-Ġermanja

Il-Ġermanja tinsab maħsuda għall-qtil ta’ żagħżugħ ta’ 20 sena li nqatel kiesaħ u biered b’tir ta’ arma tan-nar f’pompa tal-petrol. Dan wara li talab konsumatur jilbes il-maskra waqt li kien qiegħed jixtri flixkun birra minn ħanut li hem biswit il-pompa.

Hu mifhum li dan il-qtil li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għadda f’Idar-Oberstein, huwa l-ewwel wieħed marbut mar-restrizzjonijiet li daħħal il-gvern Ġermaniż b’rabta mal-imxija tal-Covid-19.

Il-Prosekutur Kai Fuhrmann qal lill-ġurnalisti li l-aggressur ħareġ revolver u spara dirett f’ras il-vittma.

Is-suspettat li għandu 49 sena u huwa Ġermaniż ta ruħu b’idejh lill-pulizija l-għada tal-qtil. Huwa ġie arrestat u ammetta li kien hu li wettaq il-qtil.