Barranin
Joqtol lil sħabu u lilu nnifsu f’Pearl Harbor

Baħri tan-Navy Amerikana spara u qatel żewġ ħaddiema, qabel dawwar il-pistola fuqu nnifsu u ħa ħajtu b’idu.

Il-każ seħħ bil-bażi militari Amerikana f’Pearl Harbor f’Honolulu, fil-Hawaii, nhar l-Erbgħa li għadda.

Uffiċjali tan-Navy qalu li r-raġel spara fuq persuna oħra, li baqgħet ħajja, qabel qatel lilu nnifsu. Żiedu jgħidu kif għadu mhuwiex ċar jekk il-baħri għażilx fuq min jispara, jew jekk għażilx lill-vittmi l-oħrajn apposta.

Intqal kif ir-raġel kien assenjat jaħdem fuq il-USS Columbia, submarine li bħalissa kien qed jiġi msewwi fil-bażi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Los Angeles qed isiru l-aħħar tħejjijiet għall-Grammy Awards li jippremjaw l-iżjed muziċisti rikonoxxuti fl-industrija. Fost in-nominati hemm tliet nisa fil-qasam tal-mużika klassika, li qalu jittamaw li l-kisbiet tagħhom jispiraw nisa…

Barranin

Il-belt Ċiniża ta’ Wuhan mistennija tibni sptar fi żmien sitt ijiem għal dawk il-pazjenti li laqqtu l-coronavirus. Il-virus ħakem il-ħajja ta’ 41 persuna u madwar 800 persuna oħra jinsabu maħkuma…

Barranin

Il-logħob tal-futbol jaf iġib miegħu ferħ iżda jaf iġib miegħu stress ukoll. Skont riċerka li saret dawk il-fanatiċi fuq il-logħba tal-ballun isofru minn stress qawwi tant li jkunu f’riskju li…

Barranin

Ritratt imbagħbas tal-attivisti żgħażagħ qajjem furur sħiħ wara li t-tfajla Vanessa Nakate nqatgħet barra minnu. Vanessa Nakate, hija attivista Afrikana li bħal Gret Thunberg taħdem ħafna biex tqajjem aktar kuxjenza…

Aktar