Barranin
Jordna investigazzjoni dwar taxxa li Franza taf tintroduċi fuq ġganti tat-teknoloġija

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ordna investigazzjoni dwar taxxa li Franza qed tippjana li tintroduċi fuq ġganti tat-teknoloġija.

Skont il-President Amerikan din tista’ twassal għal tariffi ta’ ritaljazzjoni.

Rappreżentant tal-kummerċ qal li l-Istati Uniti hija mħassba ħafna li t-taxxa fuq is-servizzi diġitali se tolqot b’mod inġust lill-kumpaniji Amerikani.

Din it-taxxa mistennija tiġi approvata mill-parlament Franċiż aktar tard illum. It-taxxa se tolqot l-aktar kumpaniji bħal Google u Facebook.

It-taxxa hija mmirata għal kull kumpanija diġitali bi dħul ta’ aktar minn 750 miljun ewro, li tal-inqas 25 miljun ewro minnhom jkunu ġġenerati fi Franza.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-filming tal-film ċelebri The Fast and the Furious 9 waqaf ħesrem hekk kif seħħ inċident gravi fuq is-sett wara li l-istunt man tal-attur Vin Diesel spiċċa f’koma. Joe Watt, li…

Barranin

Boris Johnson ġie elett Mexxej tal-Partit Konservattiv, u għada jibda jservi bħala Prim Ministru tar-Renju Unit. Hu kiseb żewġ terzi tal-voti fl-elezzjoni fost il-membri tal-Partit Konservattiv. Hu kien ikkontestat minn…

Barranin

Attivista li kienet tikkampanja għad-drittijiet umani, b’mod partikolari għal persuni LGBTIQ, inqatlet viċin darha fir-Russja. Il-katavru ta’ Yelena Grigoryeva, ta’ 41 sena, instab qalb siġar baxxi f’St Petersburg. Hija kellha…

Barranin

Tħabbret il-mewt ta’ David Hedison, l-attur Amerikan magħruf l-aktar għall-films li ħadem ta’ James Bond. Hedison miet fl-età ta’ 92 sena u kien jaħdem il-parti ta’ Felix Leiter fil-films ta’…

Aktar