Lokali
Jordna li jiġi ripatrijat wara li jiskonta sentenza ta’ 18-il xahar ħabs

Yunus Yusif mill-Ghana u li joqħgod iż-Żurrieq ġie kkundannat tmintax-il xahar ħabs wara li nstab ħati li matul dan ix-xahar kien f’kuntatt biex iħajjar persuni jidħlu u joħorġu minn Malta.

Huwa ġie mixli wkoll li għamel użu u ffalsifika passaport u dokumenti oħrajn.

Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Maġistrat Joe Mifsud bagħtu 18-il xahar ħabs u ordna lill-awtoritajiet biex malli l-ħati jiskonta s-sentenza jiġi ripatrijat lejn l-Italja minn fejn ġie.