Barranin
Jordna lill-armata biex tikkontrolla n-nirien fl-Amażonja

Il-President tal-Brażil Jair Bolsonaro ordna lill-armata biex tagħti l-għajnuna biex jiġu kkontrollati n-nirien li ħakmu l-foresta tal-Amażonja.

F’digriet, huwa awtorizza biex is-suldati jintbgħatu f’riżervi naturali, artijiet indiġeni u f’żoni li jinsabu mal-fruntiera.

Din l-aħbar wasslet wara pressjoni kbira fuqu minn diversi mexxejja Ewropej fosthom il-President Franċiż Emmanuel Macron.

Bolsonaro min-naħa tiegħu kkritika r-reazzjoni ta’ pajjiżi oħra, u nsista li n-nirien ma jistgħux jintużaw bħala skuża biex jimponu sanzjonijiet fuqhom. Dan b’referenza għal dak li qalu l-mexxejja ta’ Franza u l-Irlanda li wissew li jekk il-Brażil ma tagħmilx sforz akbar biex tindirizza n-nirien fl-Amażjona, mhux se jirratifikaw ftehim ta’ negozju kbir mal-pajjiżi tal-Amerka t’Isfel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mike Hughes ta’ 64 sena tilef ħajtu f’Kalifornja fl-Istati Uniti wara li waqa’ b’rocket li bena hu stess. Il-pilota kien magħruf għat-twemmin tiegħu li d-dinja fil-verità hija ċatta, u qal…

Barranin

Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjonijiet presidenzjali Bernie Sanders wissa lir-Russja biex ma tindaħalx fl-elezzjonjiet hekk kif uffiċjali tas-sigurtà Amerikani kienu rrappurtati li qalu li Moska qed tipprova tassistih fil-kampanja. Sanders li għandu…

Barranin

Fl-Italja, tmut it-tieni persuna fi spazju ta’ ftit sigħat riżultat tal-coronavirus, hekk kif il-każijiet li rriżultaw pożittiv għal virus telgħu għal 53. L-aħbar tal-mewt ta’ mara li skond l-aġenzija tal-aħbarijiet…

Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Aktar