Lokali
Jordnaw l-ikel u jisirqu l-flus kollha li kellu fuqu min wassalulhom

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet il-lejl li għadda f’Ħaż-Żabbar.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li għall-ħabta tas-1.45 a.m. raġel daħal l-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar jirrapporta li kien ġie misruq fi Triq il-Ġiżimina, f’Ħaż-Żabbar.

Ir-raġel qal li kien mar bil-mutur tax-xogħol iqassam xi ikel fl-imsemmija triq, x’ħin żewġt irġiel ġew għall-ikel.

Qal li hu tahom il-kont u huma ħarġu arma li taqta’ u bil-ponta u talbuh il-flus li kellu fuqu.

Kif ħadu l-flus, il-ħallelien ħarbu minn fuq il-post bil-flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.