Kultura
Jorganizzaw lejliet divertenti fis-siti storiċi biex ikattru aktar għarfien

Skont stħarriġ li sar fost aktar minn elf Malti u Maltija nstab li ħafna Maltin ma jafux b’siti storiċi u kulturali u ftit minn dawk li jafu bihom żaruhom.

Kumpanija lokali qed tipprova tkattar l-għarfien u l-apprezzament ta’ dawn il-postijiet billi torganizza lejliet divertenti u kulturali f’dawn is-siti bl-appuntament li jmiss se jkun qrib il-Mużew tal-Gwerra fil-Birgu aktar tard dan ix-xahar.

Malta – minkejja ċ-ċokon tagħna – għandha abbanundanza ta’ ġonna u siti storiċi, naturali u rikreattivi li mhux kollha huma apprezzati mill-pubbliku fosthom Ġnien is-Serenità jew kif magħruf bħala Ġnien iċ-Ċiniżi f’Santa Luċija, ġnien l-Għarusa tal-Mosta, il-ġonna ta’ Sant’Anton, il-ġnien ta’ Hastings u oħrajn.

Skont stħarriġ li sar minn kumpanija lokali fost 1,200 Malti u Maltija, instab li 58 fil-mija tal-persuni intervistati qatt ma semgħu bi ġnien l-Għarusa tal-Mosta u mit-42 fil-mija li jafu bih, il-maġġoranza kbira tagħhom qatt ma żaruh.

Dwar Ġnien Hastings, 15 fil-mija qalu li qatt ma semgħu bih u dwar Ġnien is-Serenità, erbgħa minn kull għaxra intervistati qalu li ma jafux bih. L-aktar magħrufa huma l-ġonna ta’ Sant’Anton b’ħamsa fil-mija biss jgħidu li ma jafux bihom.

Kevin Naudi qal lil TVM li qed jippruvaw jagħtu l-ħajja lil dawn il-postijiet pubbliċi billi darba jew darbtejn fis-sena jorganizzaw iljieli differenti bis-sehem ta’ mużiċisti, akrobati, karikaturisti u żfin fost l-oħrajn.

L-Organizzatur, Kevin Naudi qal “busking, it’s all about busking bħal magicians, jugglers, musicians li jixtiequ platform aħjar u nemmnu li overall dawn il-postijiet nemmnu ħaqqhom”

Is-Sibt 22 ta’ Settembru Couvre Porte u l-foss tal-Birgu se jilqgħu l-attività mużikali, kulturali u rikreattiva msejħa ‘Electrifying Birgu’ bis-sehem tal-artist mir-Renju Unit, Tony Roberts u l-grupp lokali Red Electrick.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ġie arrestat wara li pprova jwettaq hold-up f’Ħaż-Żabbar iżda sab reżistenza. Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tat-8.10pm fi Triq il-Kbira, meta raġel mgħammad u armat daħal fil-ħanut u…

Lokali

Il-faċilitajiet tal-films fir-Rinella se jingħataw dehra aħjar b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni li se jtejjbu l-infrastruttura tal-faċilitajiet. Fl-istess waqt, f’intervista ma’ TVM l-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal li l-inċentivi fiskali mħabbra fil-budget…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs fiż-Żejtun. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Isqof Antonio Zahra. Ir-raġel,…

Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali ser tibda l-provi aħħarin fuq is-sistema elettronika tal-għadd tal-voti li ser tbiddel radikalment il-mod kif kienet tinħoloq l-istennija għar-riżultat tal-elezzjonijiet. Is-sistema elettronika ser tintuża għall-ewwel darba fl-appuntamenti elettorali…

Aktar