Artiġjanat
Joseph Said: Minn ħaddiem għal sid l-Mdina Glass

Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta hija miżgħuda bit-tradizzjonijiet u s-snajja’ li huma partikolari u mfittxija ħafna, speċjalment mit-turisti, bħal m’huwa x-xogħol dekorattiv fil-ħġieġ li jpaxxi l-għajn.

F’Malta qatt ma kien hawn xi produzzjoni kbira tal-ħġieġ, sakemm fl-1968 infetħet l-ewwel fabbrika mill-Ingliżi Michael Harris u Eric Dobson. Ilum, din il-fabbrika hija magħrufa bħala l-Mdina Glass.

Meta nfetħet l-Mdina Glass, Joseph Said kien jaħdem fi ħdanha, u llum, madwar ħamsin sena mill-ftuħ tagħha, huwa sid il-fabbrika.

Ara pass pass kif fil-fabbrika tal-Mdina Glass, b’għodda u fran ta’ kull għamla, jinħadem il-ħġieġ artistiku u dekorattiv tassew uniku Malti.

Jekk inti mħajjar li ssegwi aktar kontenut minn ‘Malti Pur’ tista’ tagħmel dan billi żżur dan is-sit: https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/malti-pur/

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Karnival tant mistenni, aktarx l-aktar miċ-ċkejknin, jinsab magħna. Madanakollu, lil hinn mill-bluha u x-xalar li jikkaratterizzaw xi ftit jew wisq dawn il-jiem ta’ briju, ‘Sibtek’ illum jissokta b’programm ieħor mimli…

Storja

Fost l-aktar destinazzjonijiet ta’ interess li jinsabu qrib tagħna, u li huma pjuttost imfittxija mill-Maltin, Sqallija. Liema gżira, tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, u li tħaddan għadd ta’…

Tradizzjonijiet

Mis-sittinijiet ‘l hawn, l-intrata tal-Belt Valletta nbidlet ġmielu. Il-karozzi tal-linja l-antiki ma baqgħux magħna, Bieb il-Belt m’għadux hemm, u ż-żona nbidlet ta’ taħt fuq hekk kif kellha bżonn dawra restawr…

Teknoloġija

F’dawn l-aħħar jiem, waħda fost l-aktar mudelli ta’ vetturi li jimxu fis-suq Ewropew, ir-Renault Captur, ħareġ mudell ġdid. Il-Captur il-ġdid hu aktar versatili mill-mudelli ta’ qablu hekk kif, fost l-oħrajn, jippermetti…

Aktar