Qorti
AĠĠORNAT: Sentejn ħabs sospiżi wara li inġurja lill-Maġistrat Joe Mifsud

Joseph Mary Ebejer ta’ 54 sena minn Ħal Qormi kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €700 għax inġurja u hedded lill-Maġistrat Joe Mifsud permezz ta’ filmat li tella’ fuq il-midja soċjali.

Quddiem il-Magistrat Josette Demicoli, Ebejer ammetta l-akkuża miġjuba kontrih, bil-Maġistrat Demicoli tordnalu li fi żmien tliet sigħat ineħħi l-filmat minn fuq il-midja soċjali. Ordnatlu ukoll li jneħħi kull filmat ieħor li fih semma lill-Maġistrat Mifsud.

Il-Maġistrat Demicoli anke ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-Magistrat Joe Mifsud u l-familjari tiegħu validu għal 3 snin. Ebejer qal li jiddispjacih għal dak li wettaq u għamel apoloġija formali.

L-imputat fil-Qorti deher ma jiflaħx u qal li ħassu qed jistordi, tant li l-Maġistrat Demicoli waqqfet il-proċeduri u ordnat li l-akkużat jingħata x’jixrob.

L-Avukati għall-parte civili Dr Lennox Vella u Dr Alfred Abela sostnew li l-Maġistrat Mifsud ħafer lill-akkużat iżda ddispjacih ħafna għall-attakk li wettaq Ebejer fuq l-istituzzjoni tal-Qorti.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

Aktar