Kronaka
Koppja qabżet il-baħar wara li l-jott li kienu fuqu ħa n-nar f’Daħlet Qorrot

Mara u raġel ta’ 59 sena mir-Rabat, Malta qabżu l-baħar wara li l-jott li kienu fuqu ħa n-nar għal raġunijiet mhux magħrufa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:00 f’Daħlet Qorrot, fil-Qala, Għawdex.

Il-koppja ġew salvati minn dgħajsa oħra li kienet fl-inħawi u b’xorti tajba ħadd minnhom ma ndarab fl-inċident.