Ekonomija u Finanzi
Journal of Official Statistics – Ġurnal dwar l-Istatistika Uffiċjali

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Awtorità tal-Istatistika Maltija għall-ewwel darba ppubblikaw ġurnal uffiċjali magħruf bħala ‘Jounal of Official Statistics’ li jitratta dwar l-istatistika li hija meqjusa importanti ħafna biex dawk li jfasslu l-policies ikollhom informazzjoni preċiza u skont il-htiġijiet tas-soċjetà.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna permezz tal-video conference fil-messaġġ tiegħu waqt it-tnedija tal-ewwel pubblikazzjoni qal li sar ħafna investiment biex l-istatistika tinġabar aktar malajr u f’waqtha. Sostna li l-professjonisti tal-NSO u tal-Awtorità qed juru professjonliżmu kbir fil-ġbir tal-informazzjoni ħalli l-istatistika tkun miġbura b’aktar preċiżjoni u anke ma jiżdidux l-ebda spejjeż għall-operaturi ekonomiċi.

L-ewwel pubblikazzjoni titratta sitt oqsma partikolari fosthom ir-rata tal-qgħad, il-produzzjoni industrijali u l-faqar flimkien mal-eskluzzjoni soċjali.