Julio Cesar bi dmugħ f’għajnejh: Fl-2010 kont imkisser, illum nibki bil-ferħ”

Fi tmiem il-partita bejn il-Brażil u ċ-Ċili, xeni ta’ qsim il-qalb hekk kif il-gowlkiper tal-Brażil ta’ intervista mill-aktar emozzjonanti lil ġurnalist Brażiljan wara li rnexxielu jsalva żewġ penalties.

“Erba’ snin ilu tajt intervista u bkejt. Kont imdejjaq ħafna. Illum qed jiġri l-istess imma qed nibki bil-ferħ.  Alla biss u l-familja tiegħi jafu minn xiex għaddejt u minn xiex għadni għaddej u dak li qed ngħix. Marret tajjeb… sħabi l-plejers tawn saħħa kbira biex nagħti l-aħjar tiegħi. Nittama li nagħmel aktar intervisti miegħek u li nagħmel festa miegħek: din hija l-ħolma kbira li għandi”, qal Cesar lill-ġurnalist Brażiljan b’għajnejh ħomor nar.