COVID-19
Jum ieħor mingħajr imwiet marbuta mal-Covid-19

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li għat-tieni jum konsekuttiv ħadd fil-gżejjer Maltin ma miet pożittiv għall-Covid-19.

B’hekk in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-virus baqa’ ta’ 402.

Jirriżulta wkoll li fl-aħħar jiem l-għadd ta’ persuni rikoverati fit-Taqsima ta’ Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei naqsu b’mod drastiku tant li mil-lum reġgħu bdew isiru diversi interventi kirurġiċi.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li dan it-tnaqqis fl-imwiet kien dovut l-aktar għall-għoti tat-tilqima lill-anzjani u lill-persuni vulnerabbli u l-miżuri restrittivi li ddaħħlu fl-aħħar ġimgħat bil-għan li jiġi kkontrollat it-tixrid tal-virus u l-varjanti tiegħu.