Barranin, Lokali
Tgħid il-familja tal-Prim Ministru awguratilhom lil Prinċep Harry u Meghan Markle?

Il-Prim Ministru, li s’issa għadu ċ-Chair in Office tal-Commonealth qabel il-bidla fit-tmexxija ix-xahar id-dieħel, kien fost 2000 mistiedna ta’ unur li kienu jinkludu ir-reġina Eliżabetta, il-familja Irjali u l-Prim Ministru Ingliza Theresa May.

Il-Kapijiet tal-Gvernijiet tal-53 pajjiż mistennija jattendu xi laqgħat wara li jiġu fi tmiemhom iċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru f’Jum il-Commonwealth. Fl-2015, kien propju f’pajjiżna fejn ġie ċċelebrat il-Commonwealth.

L-avveniment multikulturali li attenda l-Prim Ministru sar f’Westminister Abbey. Hawnhekk attendew ħafna nies ġejjin minn twemmin u kulturi differenti.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Commonwealth

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela wera sodisfazzjon li r-rappreżentanza diplomatika f’Malta minn pajjiżi tal-Commonwealth kompliet tikber b’Kummissarju Għoli tal-Indja bbażat f’Malta. Huwa qal li b’mod usa’, il-familja tal-Commonwealth kibret biż-żieda tal-Gambja u b’hekk din l-organizazzjoni tħaddan 53 pajjiż.

Il-Ministru Abela qal li aktar minn miljun u nofs ċittadin tal-Commonwealth għandhom 29 sena jew inqas u għalhekk saħaq dwar l-importanza li l-Commonwealth tħares il-ġejjieni ta’ dawn in-nies billi tiġġedded.

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, l-istudenti tal-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq u tal-ITS tellgħu l-bandiera tal-Commonwealth fil-bini tagħhom u rrikonoxxew li bl-għaqda u s-solidarjetà nistgħu ngawdu futur flimkien – l-islogan għall-Commonwealth tas-sena 2018.

Il-53 pajjiż li jifforma parti minn din l-organizzazzjoni intergovernattiva, kollha kienu fil-passat territorji tal-Imperu Ingliż. Illum, l-organizzazzjoni topera bil-qbil u ftehim intergoverattiv tal-istati membri tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Missier id-Dukessa ta’ Susses, Thomas Markle, qal li bintu bkiet meta saret taf li hu ma kienx se jattendi għat-tieġ tagħha mal-Prinċep Harry. F’intervista waqt il-programm Good Morning Britain fuq…

Barranin

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji Messikani spiċċaw biex immarkaw fuq l-apparat li jkejjel it-terremoti. Tant qabżu bil-ferħ il-partitarji lbieraħ li l-apparat li jimmarka l-qawwa tat-terremoti, immarka bħallikieku seħħet theżżiża. Il-Messiku rebaħ 1-0 kontra…

Barranin

Il-plejer Eġizzjan Mohamed Salah iċċelebra għeluq sninu f’Ċeċnija hekk kif flimkien mat-tim tiegħu, jinsab ir-Russja għat-Tazza tad-Dinja 2018. Minkejja li l-ġurnata t’għeluq sninu ma bdietx bit-tajjeb wara li l-Eġittu tilef kontra…

Barranin

Il-Prinċep Kambodjan u eks Prim Ministru Norodom Ranariddh u martu Ouk Phalla kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku ikraħ huma u sejrin għal attività politika. Il-Prinċep u martu ttieħdu l-isptar b’urġenza wara li taxi…

Aktar