Reliġjon
Jum speċjali għal sebat itfal b’diżabilità fiċ-ċentru San Miguel

Ġurnata speċjali għal sebat itfal b’diżabilità li jattendu ċ-Ċentru ta’ Riżorsi San Miguel f’Pembroke.

Okkażjoni ta’ darba fakkret it-tletin sena ta’ servizz edukattiv fiċ-ċentru lil tfal b’diżabilità bl-Ewwel Tqarbina għal tliet studenti u l-Griżma tal-Isqof lil erba’ studenti oħra.

Is-sagramenti kienu amministrati b’mod addattat għat-tfal mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’quddiesa li fakkret dan l-anniversarju speċjali.

Din hija l-ewwel darba li fl-iskola ġew amministrati dawn is-sagramenti. “Hemm bżonn inħaddnu d-diversità. Kulħadd għandu rwol fis-soċjetà u l-valur tal-bniedem mhux kemm jista’ jipproduċi, imma l-fatt li huwa persuna li jidħol f’relazzjonijiet bil-kapaċitajiet tiegħu, u qed jistedinna wkoll li mhux biss nieħdu ħsiebu, imma li jkun protagonista skont il-ħiliet tiegħu fis-soċjetà.”

Aktar minn 120 tifel u tifla b’diżabilità jattendu ċ-Ċentru ta’ Riżorsi San Miguel sakemm jagħlqu t-tlettax-il sena. L-istudenti jingħataw diversi servizzi skont il-ħtiġijiet tagħhom.

Il-kap tal-iskola, Marica Gatt, qalet li matul dawn it-tletin sena saru bosta bidliet fiċ-ċentru, inkluż fis-servizzi offruti. “L-iskola żviluppat bħalma wieħed janalizza u jistudja s-sistema kif żviluppat fil-qasam tad-diżbilità, jiġifieri minn mudell pjuttost mediku għal mudell pjutost inklussiv.”

Fost is-servizzi li jingħataw f’dan iċ-Ċentru ta’ Riżorsi hemm pixxina terapewtika, multi-sensory rooms, programm ta’ ġardinaġġ, u attivitajiet kurrikulari oħra.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar