Lokali
Jumejn tal-Karnival imħassra mill-maltemp se jsiru s-Sibt u l-Ħadd li ġej

L-attivitajiet tal-Karnival li tħassru f’dawn il-jiem se jsiru fi tmiem il-ġimgħa li ġej.

TVM huwa infurmat li l-organizzaturi tal-Karnival se jkunu qed itellgħu l-attivitajiet li tħassru bejn is-Sibt u l-Ħadd li ġej biex il-ħidma li saret mill-parteċipanti titgawda mill-pubbliku.

Id-deċiżjoni jidher li ttieħdet wara d-diżappunt li wrew xi parteċipanti li sfumaw il-flus li nefqu u l-ħin li ddedikaw biex itellgħu spettaklu kif inhuma rinomati li jagħmlu.

Il-Ministeru għall-Kultura kkunsidra t-talba li saret mill-parteċipanti tal-Karnival li f’dawn il-jiem kellhom qalbhom imtertqa bit-temp li xejn ma kien ħanin magħhom.

Ara wkoll:

Ix-xita tisfratta l-attivitajiet tal-Karnival tal-lejla – diżappunt fost il-parteċipanti

Aħbarijiet Oħra
Lokali

F’Tas-Sliema, main bi pressjoni ogħlja spiċċa biex faqa’ l-bankina u ħasel il-karozzi pparkjati fil-viċin. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienu fuq il-post is-Sibt filgħaxija biex isolvu problema. Għat-tiswijiet kellha wkoll tingħalaq il-provvista…

Lokali

Minħabba li qed iċedi l-blat fil-bajja ta’ Għar Lapsi, kellu jingħalaq l-aċċess għal parti oħra minn din il-bajja, msejħa west cove. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti…

Lokali

Id-DJ Olandiż, Mike Williams, magħruf mad-dinja kollha għall-mużika house u future house li jipproduċi, għażel biex jiġbed filmat tal-aħħar diska li ħareġ f’Kemmuna. Id-DJ żagħżugħ li għandu biss 21 sena,…

Aktar