Lokali
Juncker mhux sorpriż bl-eżitu tal-inkjesta dwar Egrant – ħerqan li jkompli jaħdem mal-PM Muscat

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker esprima ruħu li mhux sorpriż bl-eżitu tal-inkjesta li għamel il-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-kumpanija Egrant.

Mitlub minn TVM għar-reazzjoni tiegħu wara r-riżultat tal-inkjesta tal-Maġistrat Bugeja li eżonorat lill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-familja tiegħu milli l-kumpanija Egrant kienet tiegħu, kelliema għal Juncker wieġbet li l-President tal-Kummissjoni Ewropea huwa anzjuż li jibqa’ jikkopera mal-ħabib tiegħu l-Prim Ministru Muscat.

Minbarra l-President tal-Kummissjoni Ewropea, anke l-President tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PES) laqa’ l-konklużjonijiet tal-inkjesta u esprima sodisfazzjon li l-Prim Ministru Muscat ġie eżonorat mill-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu.

Ara wkoll:

Il-Partit Soċjalista Ewropew ixxukkjat bil-falsifikazzjoni tad-dokumenti dwar Egrant

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Liam Debono, li jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri, ġie arrestat f’Ħal Luqa wara li nqabad isuq bla liċenzja. TVM infurmat li  kienu għall-ħabta tal-5.30pm, Debono ntlemaħ isuq…

Statistika

L-għadd ta’ inċidenti rrappurtati fl-ewwel tliet xhur tas-sena żdiedu b’aktar minn 8% meta mqabbla mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn Jannar u Marzu kienu rappurtati 3,656…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Aktar