Jean-Claude Juncker f’Malta

Il-kandidat tal-Partit Popolari Ewropew għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, żar lil Malta bħala parti mill-kampanja għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. F’konferenza tal-aħbarijiet mal-Kap tal-Oppożizzjoni, Jean-Claude Juncker spjega li l-prioritajiet tiegħu se jkunu l-konsolidazzjoni fiskali, l-aġenda diġitali, l-enerġija u l-immigrazzjoni.

L-eks Prim Ministru tal-Lussemburgu, Jean-Claude Juncker, kellu programm ta’ attivitajiet principalment marbuta mal-kampanja tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Popolari Ewropew li qed jappoġġja l-kandidatura tiegħu biex ikun il-President tal-Kummissjoni Ewropea. Juncker ġie mistieden Malta mill-Partit Nazzjonalista.

F’konferenza tal-aħbarijiet , il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil tenna l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista lill-kandidatura ta’ Jean-Claude Juncker. Qal li minħabba li Juncker huwa mil-Lussemburgu, jifhem eżattament iċ-ċirkustanzi u l-bżonnijiet ta’ stati membri żgħar u deskrivih bħala Ewropew konvint b’esperjenza twila fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Dr Busuttil semma kif iż-żieda fil-qgħad fl-aħħar 14-il xahar wasslet biex l-Eurostat niżżel lil Malta mir-raba għas-sitt post fost il-pajjizi bl-anqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea. Dwar dan tkellem ukoll Jean-Claude Juncker li esprima t-tħassib tiegħu dwar ir-rata tal-qgħad f’Malta. Waqt li rrikonoxxa li l-livell tal-qgħad hu relativament baxx, insista li Malta għandha toqgħod attentata biex il-qgħad ma jaqbiżx is-7.5 fil-mija.

Juncker tkellem dwar il-prioritajiet tal-Partit Popolari Ewropew għall-elezzjonijiet Ewropej. Semma fost oħrajn il-konsolidazzjoni fiskali li fi kliemu hi essenżjali. Spjega li l-Unjoni Ewropea teħtieġ aġenda diġitali komuni u politika komuni għall-enerġija minħabba d-dipendenza tagħha fuq l-enerġija mir-Russja.

Dwar l-immigrazzjoni qal li bħala Prim Ministru tal-Lussemburgu dejjem appogġja lil Lawrence Gonzi meta kien jinsisti li Malta teħtieġ l-għajnuna u saħaq li jekk ikun il-President tal-Kummissjoni Ewropea se jagħmel li jista biex jibdel l-attitudni Ewropea dwar l-immigrazzjoni.

Wara nofsinhar, Juncker kellu laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat, mal-Viċi Prim Ministru Louis Grech u ma Karmenu Vella li huwa nnominat mill-Gvern għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar