Politika
Justyne Caruna tiddikjara li ma kinitx konxja tal-istorja dwar żewġha

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan qalitu fl-ittra ta’ riżenja li bagħtet lill-Prim Ministru Robert Abela, liema ittra l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppubblika siltiet minnha.

F’dawn is-siltiet, Dr Caruana qalet li l-istorja ppubblikata fil-midja hija “totalment estranja għaliha”. Żiedet li għalkemm m’għandha l-ebda konnessjoni mal-fatti, qed tirriżenja minn Ministru b’mod immedjat.

Sostniet li dejjem qdiet fedelmemt u b’dedikazzjoni assoluta l-inkarigu fdat lilha, u li dejjem imxiet b’rettezza u korettezza, u għalhekk titlob li tkun tista’ tiddefendi isimha minħabba uliedha.

Il-Prim Ministru Robert Abela, fit-tweġiba tiegħu, irringrazzja lil Dr Caruana għal ħidma tagħha.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Il-Prim Ministru jħabbar ir-riżenja tal-Ministru Justyne Caruana

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed iwissi li r-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Ir-riħ mistenni jilħaq qawwa ta’ forza 6.

Kronaka

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30, raġel Malti ta’ 72 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu. B’dan il-każ ġew infurmati minnufih il-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw, u nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa, kif ukoll inkjesta interna.

Lokali

Tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Bord tal-Housing Affordabbli,  Joseph Bartolo. Magħruf ukoll bħala l-Isloopy, Bartolo kien ukoll consulent fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Bosta qalu li se jibqgħu jiftakruh bħala riformatur soċjali u bejjiegħ…

Aktar